Numru Ta’ Toroq Fil-Fontana Jitranġaw U Jingħataw It-Tarmak Wara Snin Ta’ Abbandun

 Numru Ta’ Toroq Fil-Fontana Jitranġaw U Jingħataw It-Tarmak Wara Snin Ta’ Abbandun

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar ix-xogħlijiet li kienu qed isiru fuq Trejqet Wara l-Idjar u parti minn Triq Għajn Tuta fil-Fontana. Huwa qal li, “Wara snin kbar ta’ abbandun, dawn iż-żewġ toroq tranġaw u llum qed jingħataw it-tarmak sabiex dawn ir-residenti wkoll ikollhom triq ta’ livell bħall-bqija tat-toroq kollha li qegħdin isiru f’Għawdex.”

Fi Trejqet Wara l-Idjar fil-Fontana ngħata 365 metru kwadru ta’ tarmak, saru bankini ġodda, ġiet irranġata s-sistema tal-ilma tax-xita u tbiddel is-servizz tal-ilma.

Il-Minority Leader tal-Fontana Horace Micallef irringrazzja lill-Ministru Clint Camilleri f’isem ir-residenti li kienu ilhom snin twal jittamaw li jsiru dawn it-toroq.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri kkonkluda li x-xogħol infrastrutturali li sar u li qed isir f’għadd ta’ toroq madwar il-gżira Għawdxija juri kemm dak li kien imwiegħed qiegħed jitwettaq u li Għawdex huwa verament prijorità għal dan il-gvern.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com