Weġġa’ Wara Li Qabad Idu Ma’ Lift
Raġel sofra ġrieħi gravi fiż-Żurrieq, illum qrib nofsinhar. Il-każ ġara f’każin li jinsab fi Triq Pietru Pawl Saydon, fiż-Żurrieq.
Jidher li raġel ta’ 50 sena u residenti San Ġiljan, kien qed jagħmel xi xogħol u weġġa’ wara li qabad idu ma’ lift.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.