Id-Dilettanti Tal-Festi Qed Iħossu N-Nuqqas Tat-Tradizzjoni – Illum Il-Marsin Jiċċelebraw

 Id-Dilettanti Tal-Festi Qed Iħossu N-Nuqqas Tat-Tradizzjoni – Illum Il-Marsin Jiċċelebraw

Illum il-Marsin jiċċelebraw il-festa titulari tat-Trinità Qaddisa. Bla dubju, dawk li jħobbu l-festi, qed iħossu n-nuqqas tagħhom fejn għat-tieni sena, mhux qed isiru ċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali minħabba l-pandemija li laqtet lid-dinja kollha.

Madanakollu, il-fidi reliġjuża baqgħet hemm u d-dilettanti, apparti hekk, qed jippruvaw jagħmlu minn kollox biex it-tradizzjonijiet jibqgħu ħajjin billi jarmaw li jistgħu, jaħarqu murtali u jużaw l-għodda moderna; dik tal-midja soċjali biex ifakkru l-aqwa mumenti tal-irħula u l-ibliet tagħna.

Il-Quddiesa tad-9.00 fil-Knisja tat-Trinità fil-Marsa, illum se tkun konċelebrata u se tkun immexxija mill-Isqof Awżiljarju E.T. Mgr Joseph Galea Curmi. Jinseġ il-paniġierku Fr Mario Attard OFM Cap

Il-Knisja terġa’ tiftaħ fil-5.00 pm, ikollna r-Rużarju Meditattiv fil-5.30 pm mbagħad issegwi l-Quddiesa mmexxija minn Fr Mario Ciangura OFM Cap. Fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali sabiex b’hekk tkun għalqet il-Festa Titulari din is-sena.

Awguri mill-qalb.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com