Waterpolo – It-Tim Nazzjonali U15 Jikkwalifika Għal Kampjonati Ewropej

 Waterpolo – It-Tim Nazzjonali U15 Jikkwalifika Għal Kampjonati Ewropej

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15 il-sena, taħt it-tmexxija tal-kowċ Anthony Farrugia, irnexxilu jikkwalifika għal Kampjonati Ewropej li ser isiru fil-Portugall bejn l-4 u l-11 ta’ Lulju meta illum irnexxilhom jżommu fid-draw ta’ għaxra b’għaxra lill-Franza biex b’hekk kwalifikaw bl-ewwel post mill-grupp.

Malta kienet diġa kwalifikat ilbieraħ filgħaxija wara li Franza għelbet lill-Slovenja iżda l-konfront tal-lum bejn Malta u Franza d-determina l-pużizzjoni li kien ser jispiċċa fiha t-tim Malti.

Il-logħba kienet waħda bilanċjata ħafna fejn l-ebda tim ma s-supera lill-ieħor. Filfatt l-ewwel sessjoni intemmet 3 – 3. Malta rebħet it-tieni sessjoni 4 – 3 bit-tielet sessjoni terġa tintemm fid-draw ta’ 3 – 3. Franza rebħu l-aħħar sessjoni 1 – 0 għal skor finali ta’ 10 – 10.

L-aħjar skorer għal Malta kien Jayden Cutajar b’seba’ gowls. Elijah Schembri skorja żewġ gowls filwaqt li Zak Cutajar Licari skorja gowl.

 

Ritratt: ASA

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com