“Mur Ġibu Kellna Queue Hekk Il-Gym!” – Jilmenta Fuq ‘Double Standards’
Bosta kienu dawk li ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li numru ta’ nies inġabru quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista nhar is-sibt li għadda, il-PN ħeġġeġ lill-pubbliku biex jirreġistra l-interess tiegħu fl-inġustizzja tal-mekkaniżmu “ħażin li bih qed jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.”
Matthaeus Grasso, li kien ilu jikteb dwar il-bżonn li l-gyms jinfetħu anke minħabba s-saħħa mentali u l-bżonn tal-eżerċizzju fiżiku staqsa fuq facebook jekk dan l-eżerċizzju mill-PN setax isir online.
“Mur ġibu ikollna xi queue hekk l-gym eee? Kemm naraw artikli li l-gyms ixerrdu viruses kieku”, saħaq Grasso.
Kompla jgħid: “Meta l-gyms kienu magħluqin qalulna: “Għallinqas hemm l-Online”… allura biex bniedem idaħħal kont jew xi complaint oħra, l-Online ma japplikax għal xi partit jew ieħor? Għall-Gyms biss ‘tajjeb’ l-Online?”
Intom x’taħsbu dwar dan?