Minn Għada Tista’ Tniżżel iċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

 Minn Għada Tista’ Tniżżel iċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

F’konferenza, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li minn għada l-1 ta’ Ġunju, il-pubbliku jista’ jniżżel iċ-ċertifikat tal-vaċċin minn fuq is-sit certifikatvaccin.gov.mt

Dan se jkun utli biex meta persuna tiġi lura mis-safar, ma jkunx hemm il-bżonn li tippreżenta test negattiv.

Il-Prim Ministru qal li dan iċ-ċertifikat ser ikollu wkoll vantaġġi oħra, fosthom li l-persuni jżuru lill-anzjani tagħhom b’mod aktar faċli u b’serħan il-moħħ.

L-istess ċertifikat se jiffaċilita wkoll l-organizzazzjoni ta’ ċerti attivitajiet f’pajjiżna filwaqt li semma, li l-pandemija għadha magħna u li rridu nibqgħu kawti.

Ritratti: Forbes

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com