“Min Qatt Kellu Jgħidli Li Se Tistennieni U Tmut F’Idi”
Ivan Gaffiero li huwa persuna altruwista u jħobb jgħin lin-nies, sellem lil Maria Lourd li għada se tagħlaq 15-il sena nieqsa.
“Min qatt kellu jgħidli li se tistennini nasal min Spanja u tmut f’idi”, kiteb Ivan fejn qal li bil-mewt tagħha, ħassu li tilef waħda minn uliedu.
Tenna li kieku għadha magħna llum, abbli saret popolari u anke li jitlobha tgħinu spiss u ttieħ kuraġġ meta jkun se jaqta’ qalbu.
Ilejla fil-programm tiegħu fuq ONE RADIO, se jsellmilha u anka se jitkellem ma’ ommha.
Insellmu l-memorja ta’ Maria Lourd u għal dawk il-ħafna nies li jgħaddu minn tbatijiet minħabba xi mard jew ieħor.