Jiftaħ It-Terminal Għall-Fast Ferry Bejn Il-Belt Valletta U Għawdex
Mil-lum, il-pubbliku jista’ jibda juża s-servizz tal-Fast Ferry bejn il-Belt Valletta u Għawdex.
Dan huwa proġett li kien tant mistenni mill-pubbliku.
Il-kumpanija Virtu Ferries se tkun qed taħdem b’żewġ katamarani: San Franġisk u San Pawl, li jesgħu 317-il passiġġier u għandhom veloċità ta’ 65KM fis-siegħa.
B’hekk l-vjaġġ se jtul għal madwar 45 minuta. Dan is-servizz ser jibda fis-6.15 ta’ filgħodu u jispiċċa l-jum fl-10.15pm mill-Port il-Kbir. Dan bejn it-Tnejn u l-Ħamis kif ukoll fil-ġurnata tal-Ħadd.
Imbagħad, il-Ġimgħa, is-Sibt u f’jiem ta’ festi pubbliċi, is-servizz ser ikun qed jintemm fil-12.15am.