Fekruna Tmut Minħabba L-Ħmieġ Tagħna L-Bnedmin
Il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer ġibed l-attenzjoni dwar il-mentalità li hemm bżonn inkomplu nisħqu fuqha; dik tal-indafa kullimkien.
“Dispjaċir kbir tara fekkruna mejta f’Tas-Sliema minħabba l-ħmieġ tagħna l-bnedmin. Għandna naħdmu ħafna iktar biex inbiddlu l-mentalità. Bi ftit ħsieb nistgħu nagħmlu bidla kbira”, tenna Engerer.
Għalkemm isiru bosta kampanji favur l-ambjent u l-indafa pubblika, għadek issib faxxa żgħira ta’ nies li jħammġu u jarmu bl-addoċċ.
Ejja nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna, li minnu jgawdi kulħadd!