L-Isfidi U L-Opportunitajiet Għall-Persuni B’Diżabilità

 L-Isfidi U L-Opportunitajiet Għall-Persuni B’Diżabilità

It-titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità permezz ta’ programmi personalizzati, ta’ kwalità għolja u li jippromwovu għajxien indipendenti u inklużjoni sħiħa fis-soċjetà, kien dak li ġie diskuss f’laqgħa mal-klijenti tas-Servizz Pubbliku li saret ilbieraħ filgħaxija bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, bit-tema “Insaħħu s-Servizz Pubbliku”. 

F’din il-laqgħa ġew elenkati il-programmi li nħolqu biex jiffaċilitaw għajxien indipendenti, l-investiment li qed isir fit-teknoloġija u f’impjegati mħarrġa, il-firxa ta’ servizzi u skemi disponibbli li jilħqu varjetà wiesgħa ta’ bżonnijiet differenti, l-investiment f’modernizzar taċ-ċentri ta’ matul il-jum, il-bini ta’ aktar residenzi, u ż-żieda qawwija fil-fondi għal servizzi fil-komunità.

Ġiet diskussa l-parteċipazzjoni u l-vuċi ta’ persuni b’diżabilità f’għaqdiet mhux governattivi u fis-soċjetà, kif ukoll l-isfidi li dawn jaffaċċjaw.

Wieħed jinnota kif saru ukoll sar laqgħat oħra, waħda dwar ix-xiri pubbliku u l-oħra dwar l-edukazzjoni għall-adulti. 

It-tlett laqgħat kienu aċċessibbli ukoll b’mod virtwali u kien hemm konkorrenza qawwija. Il-laqgħat kienu opportunità biex is-Servizz Pubbliku jisma’ lill-klijenti tiegħu bħala dawk li qegħdin verament fiċ-ċentru ta’ ħidmietu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com