Il-WHO Tapprova Vaċċin Tal-COVID-19 Miċ-Ċina, Sinovac

 Il-WHO Tapprova Vaċċin Tal-COVID-19 Miċ-Ċina, Sinovac

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tapprova vaċċin ieħor tal-COVID-19 miċ-Ċina, Sinovac għall-użu t’emerġenza. Dan hu t-tieni vaċċin ċiniż li ġie approvat mill-WHO wara l-vaċċin Sinopharm. Din l-aħbar tista’ twassal sabiex dan il-vaċċin jintuża fil-programm Covax, programm li għandu l-għan li jkun hemm aċċess ġust għat-tilqim.

Dan il-vaċċin kien diġa’ beda jintuża f’diversi pajjiżi u għandu żewġ dożi, bit-tieni doża tingħata bejn ġimgħatejn u erbgħa ġimgħat wara. L-età rakkomandata hija ta’ ’l fuq minn 18-il sena.

Studji urew li Sinovac evitat mard sintomatiku f’iktar min-nofs il-persuni li kienu vaċċinati, filwaqt li evitat sintomi severi u l-bżonn li wieħed jidħol l-isptar b’persentaġġ ta’ 100% ta’ dawk il-persuni li ġew studjati.

Jidher li Sinovac tista’ tiġi miżmumha fi friġġ normali f’temperatura ta’ bejn tnejn u tmient gradi celsius. Dan il-fattur jista’ jkun vitali għal pajjiżi li għandhom qegħdin jiżviluppaw għaliex ikun iktar faċli sabiex tiġi miżmumha.

Ritratt: DW

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com