Biża’ Ta’ Nuqqas Ta’ Laħam Wara Li Hackers ‘Russi’ Jattakkaw L-Ikbar Fornitur
Cyber Attack li sar fuq l-ikbar fornitur tal-laħam fid-dinja joħloq biża li jista’ jkun hawn nuqqas ta’ laħam madwar id-dinja.
L-attakk sar fuq JBS, liema kumpanija kellha tgħalaq il-fabriki tagħha fl-Awstralja, l-Istati Uniti u l-Kanada. Dawn il- fabbriki kienu jkoppru ammont kbir ta’ produzzjoni kull jum.
Il-White House tgħid li hemm probabilità li dan l-attakk ġej minn organizzazzjoni kriminali bbażata fir-Russja u qiegħda tikkomunika direttament mal-gvern Russu dwar dan.
Ritratt: The Sun/ AFP
Ritratt Prinċipali: The Sun/ Getty – Contributor