Il-Ħajja Tad-Dealers Tad-Droga Tidher Ta’ Klassi Imma Kważi Dejjem Tispiċċa Ħazin

 Il-Ħajja Tad-Dealers Tad-Droga Tidher Ta’ Klassi Imma Kważi Dejjem Tispiċċa Ħazin

Emma Coronel Aispuro hija mart il-ġgant tad-droga El Chapo. Hija għexet ħajja ta’ klassi għal diversi snin fi New York, tgawdi l-flus li kien jagħmel żewġha minn fuq id-droga.

Iżda l-ħajja ta’ klassi kienet waħda temporanja, hekk kif fl-aħħar mill-aħħar spiċċat fil-ħabs ta’ Virginia, fejn Emma Coronel Aispuro fejn qed tinżamm f’iżolament f’ċella ċkejkna. Żewġha, magħrug bħala El Chapo, qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Illum il-ġurnata huma qed jgħixu ħajja li hija kompletament l-oppost ta’ dik li kienu mdorrija fiha.

Ftit xhur ilu, Coronel, li għandha 31 sena, kellha pjanijiet biex tniedi linja tal-ħwejjeġ, bl-isem ta’ El Chapo Guzman. Iżda kollox sfaxxa fix-xejn hekk kif aktar kmieni din is-sena hija ġiet arrestata fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Dulles f’Virginia u akkużata li għenet lil żewġha fit-tmexxija tad-droga.

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com