Ċans Kbir Li Jitwarrab Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu
Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu li serva bħala Prim Ministru tal-istess pajjiż bejn l-1996-1999 u mill-2009 sal-preżent, jista’ jiġi mwarrab wara li 8 partiti rnexxielhom jgħaqqdu gvern ta’ koalizzjoni.
Il-koalizzjoni tinkludi partiti ċentrali, tal-lemin, tax-xellug, kif ukoll l-Għarab fl-Iżrael.
Biex dan iseħħ dawn il-partiti jrid jirnexxielhom iġibu vot ta’ maġġoranza fil-Parlament Iżraeljan; il-Knesset u jassiguraw maġġoranza ta’ 62 siġġu quddiem il-President Reuven Rivlin.
Netanyahu li qed jaffaċċja akkużi ta’ korruzzjoni, qal li l-gvern il-ġdid jista’ joħnoq is-sigurtà tal-poplu Lhudi u l-futur tal-istat Iżraeljan.
Ritratt: BBC