“Il-PBS Ikompli Jikkonferma Kemm Hu Maħtuf Mill-Gvern” – Il-PN

 “Il-PBS Ikompli Jikkonferma Kemm Hu Maħtuf Mill-Gvern” – Il-PN

Fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista ntqal li l-Public Broadcasting Services qed ikompli jikkonferma kemm hu maħtuf mill-Gvern u qed iservi biss ta’ propoganda għall-Gvern. Tennew li tant hu hekk li s-sejħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għar-riżenja jew tkeċċija tal-Ministru Carmelo Abela ġiet ċensurata u ma ħarġitx waqt l-aħbarijiet tax-xandir tal-istat.

David Thake saħaq li s-sitwazzjoni fix-xandir tal-istat illum qiegħda fi stat fejn il-Gvern għandu magna ta’ propoganda li mhux tintuża b’mod ġust. Għalhekk appella biex dan kollu jieqaf b’mod immedjat u x-xandir tal-istat iservi l-irwol ewlieni tiegħu dak li jinforma lill-pubbliku b’mod bilanċjat. Thake fakkar ukoll kif il-PBS sal-lum naqas milli jxandar stqarrija li ordnatlu jxandar l-Awtorita’ tax-Xandir wara protest ieħor li kien għamel il-Partit Nazzjonalista u qiegħed ikompli jisfida din l-istituzzjoni.

Min-naħa tiegħu l-kandidat għall-elezzjoni ġenerali Dorian Sciberras fakkar kif dan ma kienx l-ewwel każ li l-Partit Nazzjonalista ġie ċċensurat. Saħaq li l-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, dik li l-Prim Ministru ma jistax jibqa’ jkaxkar saqajh u jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Carmelo Abela, kien messaġġ relevanti li iżda l-PBS għażel li jwarrbu. Għal dan il-Partit Nazzjonalista reġa’ ressaq protest ieħor bit-tama li ssir ġustizzja u l-pubbliku jirċievi l-informazzjoni b’mod imparzjali kif jixraqlu, temmet tgħid l-istqarrija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com