Malta Mhux Inkluża Fil-‘Green List’ Tar-Renju Unit – Dan Meta Pajjiżna Laħaq ‘Herd Immunity’

 Malta Mhux Inkluża Fil-‘Green List’ Tar-Renju Unit – Dan Meta Pajjiżna Laħaq ‘Herd Immunity’

“L-aħbar li Malta mhux ser tkun fuq il-green list tar-Renju Unit hija diżappuntanti għas-settur turistiku.” Hekk kiteb il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo fejn saħaq li dan id-dispjaċir joħroġ anke mill-fatt li pajjiżna, huwa l-uniku pajjiż Ewropew li kiseb il-‘herd immunity’.

Malta wkoll tinsab fuq quddiem nett fil-programm ta’ vaċċinazzjoni bl-inqas rata ta’ infezzjonijiet fl-UE.

Bartolo qal li dan in-nuqqas mhux ġej minn pajjiżna iżda minħabba l-fatt, li l-Ingilterra fl-aħħar jiem reġgħet esperjenzat żieda fil-każijiet tal-Covid-19.

Il-Ministru tat-turiżmu tenna li ser titkompla l-ħidma biex is-swieq turistiċi lejn pajjiżna jkun iddiversifikat bil-ħsieb li Malta tibqa’ tattira turiżmu sigur għal kulħadd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com