Il-Portugal Jitneħħa Mil-Lista L-Ħadra Tal-Ingilterra – Biża’ Minn Tixrid Ta’ Varjanti Ġodda
L-Ingliżi jidher li qed jerġgħu jaffaċċjaw sitwazzjoni xi ftit jew wisq antipatka hekk kif hemm il-biża’ minn tixrid ta’ varjanti ġodda tal-Covid-19. L-ebda pajjiż ma kien miżjud fil-lista l-ħadra tar-Renju Unit filwaqt li l-Portugal issa tneħħa minn din il-lista u tpoġġa f’dik oranġjo.
Is-Sri Lanka u l-Eġittu issa tpoġġew fil-lista ħamra. Jidher li t-turisti Ngliżi fil-Portugal issejħu lura hekk kif nhar it-Tlieta fl-4 ta’ filgħodu, jibdew regoli ġodda fil-pajjiż. Dawk l-Ingliżi li jirritornaw wara t-Tlieta li ġej 8 ta’ Ġunju, iridu jagħmlu 10 t’ijiem kwarantina fi djarhom.
Ritratt: Reuters