Aqra Kif Se Jkun Iċċelebrat Is-Sette Giugno 1919 Din Is-Sena
Fi stqarrija mill-Parlament ta’ Malta u mill-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta tħabbar li l-ġrajjiet tas-Sette Giugno 1919 ta’ din is-sena se jkunu ċċelebrati hekk kif ġej:
Għada l-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju se ssir ċerimonja ta’ tifkira ħdejn il-Monument tas-Sette Giugno 1919 fis-6.30 ta’ filgħaxija f’Misraħ San Ġorġ, il-Belt Valletta. L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Parlament ta’ Malta, jagħmel diskors tal-okkażjoni. Fi tmiem id-diskors, l-Ispeaker, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u s-Sindku tal-Belt Valletta jqiegħdu kuruni f’riġlejn il-Monument tas-Sette Giugno 1919.
Imbagħad, nhar it-Tnejn 7 ta’ Ġunju ser tingħata tislima lill-vittmi tas-Sette Giugno 1919 fiċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija Addolorata, Raħal Ġdid, fl-10.00 ta’ filgħodu.
Matul din iċ-ċerimonja, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, il-president tal-Kumitat Festi Nazzjonali u l-qraba tal-vittmi jqiegħdu kuruni ta’ fjuri fuq il-qabar tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919, Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer.
Insellmu lill-vittmi ta’ din il-ġrajja storika u li kienet strumentali biex għenet lill-pajjiżna jibda jieħu t-tmexxija f’idejh.
Ritratt: Supero Ltd.