Therese Comodini Cachia Mhix Se Tikkontesta L-Elezzjoni Ġenerali Li Jmiss

 Therese Comodini Cachia Mhix Se Tikkontesta L-Elezzjoni Ġenerali Li Jmiss

Fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista, iffirmata minn Francis Zammit Dimech – Segretarju Ġenerali tal-PN, irringrazzjaw lil Therese Comodini Cachia għall-ħidma li wettqet fi ħdan il-partit.

Intqali Li Comodini Cachia dejjem “fehmet li l-politika hija missjoni biex permezz tagħha tkun ta’ servizz lin-nazzjon u lill-poplu Malti kollu, u l-ħidma tagħha fi ħdan l-istrutturi tal-Partit, kif ukoll bhala Deputat Parlamentari Ewropew u wara bħala Deputat Parlamentari fil-Parlament ta’ Malta hija ħidma li jistħoqqilha l-ħajr u l-apprezzament totali min-naħa tagħna.”

F’intervista lit-Times of Malta hija saħqet li l-politika partiġġjana mhux l-aħjar addattament għaliha biex tkun tista’ taħdem u tirsisti għal soċjetà iżjed ġusta:

“Partisan polarised parliamentary politics is not the best outfit for me to wear to be able to continue striving for a better place with a fairer community”

Madanakollu, fl-istqarrija ntqal ukoll li Therese Comodini Cachia ser tkompli taħdem fl-istrutturi tal-Partit u fil-ħidma kollha li żgur se tkompli twettaq, il-Partit Nazzjonalista jħares ’il quddiem għal aktar ħidma u kollaborazzjoni.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com