Kien Qed Jagħmel Xogħol F’Daru U Waqa’ Madwar Żewġ Sulari U Nofs
Raġel ta’ 59 sena, kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’daru u waqa’ madwar żewġ sulari u nofs. Dan ġara llum għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fi Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun.
Il-Pulizija tat l-assistenza tagħhom kif ukoll tim mediku li mar mill-ewwel fuq il-post. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ