“L-Elezzjoni Riesqa – Hu L-Prim Ministru Li Jiddeċiedi Meta Ssir”
“L-elezzjoni riesqa. Hu l-Prim Ministru li jiddeċiedi meta se ssir – mhux aktar tard minn ċerta data.” Hekk kiteb l-eks Prim Ministru ta’ Malta u Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant fuq il-profil tal-facebook tiegħu.
Tenna li qed jiltaqa’ ma’ nies miż-żewġ naħat tal-logħba politika fejn qed jistqarru li mhux se jivvotaw. Iżda, jemmen li aktar ma nersqu viċin id-data, dan in-numru ser jonqos.
“Mhux l-ewwel darba li ġrat dil-ħaġa”, stqarr Dr. Sant.