Jekk Issir Elezzjoni Issa, Il-Partit Laburista Jġib Maġġoranza Ta’ 48,000 Vot

 Jekk Issir Elezzjoni Issa, Il-Partit Laburista Jġib Maġġoranza Ta’ 48,000 Vot

Stħarriġ li sar mill-Malta Today ftit jiem ilu, (bejn l-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju) wera li l-PL żied il-fiduċja fuq ix-xahar ta’ qabel u jekk issir elezzjoni issa, il-PL iġib maġġoranza ta’ 48,000 vot.

Il-PM Robert Abela żied il-fiduċja; 0.8% fuq ix-xahar li għadda fejn huwa fdat 50.4% minn fost il-poplu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ukoll żied fil-fiduċja fuq ix-xahar li għadda, iżda huwa ’ fdat minn 29.3% tal-elettorat.

Jidher li l-PM Abela huwa l-aktar fdat bejn dawk ta’ 51 u 65 sena.

Ma’ dawk li jgħoddu bejn is-16 u l-35 sena, Grech kiseb 24.2% u l-Prim Ministru kiseb kważi d-doppju, 46.3%.

Il-Partit Laburista kompla jirreġistra żieda fil-fiduċja hekk kif bħalissa huwa fdat 45.7%; żieda ta’ 0.9%. Dan ħareġ mill-istħarriġ li sar mill-Malta Today.

Ritratt li ttieħed meta Robert Abela laħaq Mexxej tal-Partit Laburista/ Newsbook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com