Ġuvni Ta’ 16-il Sena Jintlaqat Minn Vettura
Sirjan ta’ 16-il sena residenti Ħaż-Żabbar, intlaqat minn Mercedes Benz, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti Marsaxlokk. Il-Każ ġara lbieraħ għal xi 20.45 fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa.
Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.