“Mal-Gvern Taf Fejn Qiegħed U Meta Nwiegħdu Xi Ħaġa, Nippjanaw U Nwettqu” – Il-PM
Dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela kien intervistat fuq ONE Radio f’kollegament telefoniku fejn saħaq li l-Opożizzjoni qed tkompli turi li twiegħed mingħajr ma tippjana.
“B’differenza għall-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu l-kredibilità li jwettaq dak li jwiegħed.”
Il-PM fisser id-differenza bejn il-Gvern u l-Opożizzjoni fejn qal li l-Gvern għandu l-kredibilità bil-kredenzjali li jsolvi kull problema saħansitra anke dawk maħluqa minn amministrazzjonijiet preċedenti.
Fost is-suġġetti li tkellem dwarhom il-PM Abela kien hemm il-kwistjoni tal-art fil-Ħondoq u anke l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Rigward l-art fil-Ħondoq, Abela tenna li Bernard Grech l-ewwel wiegħed li ser jixtrieha u mbagħad qal li anqas biss jaf kemm tiswa. Staqsa jekk hemmx xi motivi ulterjuri għal dak li qed jingħad b’mod irresponsabbli mill-oppożizzjoni.
Dwar il-kontijiet, tenna li bil-wiegħda tal-Opożizzjoni, ser ikunu ipperikolati l-impjiegi hekk kif ser issarraf f’żieda fil-kontijiet għan-negozji.
Semma wkoll li Fitch qed tgħid il-kontra ta’ dak li Bernard Grech qed itenni; li berbaq il-flus. Il-PM qal li fil-Kunsill Ewropew, mexxejja barranin taw eloġju lil Malta wara li ntlaħqet l-immunità kontra l-Covid-19 b’kuntrarju għan-negattività tal-Kap tal-Opożizzjoni f’pajjiżna.
Il-PM tkellem ukoll dwar ir-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995 fejn qal li issa, qed tingħata lura d-dinjità lill-persuni li kienu fiċ-ċans li jitilfu s-saqaf minn fuq rashom.
Abela kompla jgħid li għal dak li qal Grech li Gvern Laburista fadalli ftit fil-Gvern, id-deċiżjoni hija f’idejn il-poplu; liema mandat sakemm għandu l-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi jibqa’ jissarraf f’ġid u ħidma favur kulħadd.
Ritratt: ONE News