755 Multa F’Ġimgħa Ta’ Infurzar Kontra L-Covid-19

 755 Multa F’Ġimgħa Ta’ Infurzar Kontra L-Covid-19

Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw 755 multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imxija. Il-maġġoranza tal-multi, 540, ingħataw lil nies li ma kinux lebsin maskra.

Inħarġu wkoll 176 multa għal nies li nġabru fi gruppi ta’ iktar minn dak permess fil-pubbliku.

Kien hemm ukoll 26 persuna li ġew immultati talli kienu f’residenzi fi gruppi akbar minn dawk permessi.

Dan filwaqt li erba’ persuni ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.

Ingħataw ukoll 9’ ċittazzjonijiet minħabba ksur ta’ regolamenti tal-istabbilimenti.

B’kollox saru 5,600 spezzjoni fl-istabbilimenti tal-ikel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com