Żgħażugħ U Missier Jappella Għat-Talb Biex Jerġa’ Jqum Fuq Saqajh

 Żgħażugħ U Missier Jappella Għat-Talb Biex Jerġa’ Jqum Fuq Saqajh

Iż-żgħażugħ Cesco Nicotra li f’Ottubru tas-sena l-oħra kien involut f’inċident serju bil-mutur fin-Naxxar u li minn dakinhar spiċċa fuq siġġu tar-roti, fuq il-midja soċjali għamel appell imqanqal għat-talb.

Cesco li għandu 27 sena u li qabel l-inċident kien ukoll plejer tal-futbol kiteb “nitlob li tgħidu talba għalija ħbieb sabiex isir miraklu miegħi forsi l-madonna Ta’ Pinu tagħtini s-saħħa meħtieġa biex inqum fuq sieqi”, hu spjega li wara l-inċident spiċċa b’nofs ġismu pparalizzat u li jeħtieġ ħafna talb biex ifieq u jaqleb għall-aħjar.

Cesco żied jitlob il-madonna biex iżżomm idejha fuqu u fuq persuni oħra b’diffikultajiet simili u talab għall-kuraġġ lill-familjari tiegħu u ta’ ohrajn.

Kuraġġ Cesco f’isem it-tim ta’ stradarjali.com.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com