Tilef Il-Kontroll tal-Mutur U Daħal Ġo Armatura ta’ Ħanut
Libjan ta’ 32 sena li jgħix is-Swieqi, tilef il-kontroll tal-mutur Honda li kien qed isuq u daħal ġo armatura ta’ ħanut. Il-każ ġara lbieraħ għall-ħabta tas-14.30 fi triq Elija Żammit f’San Ġiljan.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.