Raġel Imfittex Mis-Slovakki Dwar Serq Bl-Armi Arrestat F’Malta
Il-Pulizija Maltija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, arrestaw raġel mill-Maċedonja ta’ Fuq, ta’ 44 sena, permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew, maħruġ fuq talba tal-Awtoritajiet Slovakki.
Ir-raġel kien imfittex sabiex jgħaddi proċeduri kriminali dwar serq bl-armi u kriminalità organizzata.
Huwa tressaq il-qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace.
Il-Prosekuzzjoni ser titmexxa mill-Ispettur Mark Galea, mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali.