“Dawk Li Tellgħu Filmati Ta’ Persuni Jiġġieldu Fit-Triq Urew Disrispett” – Andrew Borg Carbott

 “Dawk Li Tellgħu Filmati Ta’ Persuni Jiġġieldu Fit-Triq Urew Disrispett” – Andrew Borg Carbott

Wara li fl-aħħar jiem itellgħu filmat ta’ persuni jiġġieldu b’mod fiżiku fi spazji pubbliċi, l-opinjonista Andrew Borg Carbott, li huwa wkoll iggradwat fil-midja, saħaq li dawk li għażlu li jtellgħu dawn il-filmati u dawk li xerrduhom urew disrispett kbir.

F’messaġġ imqanqal fuq il-midja soċjali huwa qal li kulħadd jista’ jsib ruħu f’sitwazzjoni fejn jinqabad fuq sieq waħda u mingħajr wisq ħsieb jieħdu d-deċiżjoni żbaljata li jirrispondi b’mod vjolenti. Huwa qal li persuna li ssib ruħha f’sitwazzjoni vulnerabbli bħal din għandha tiġi rrispettata u mhux esposta b’mod li jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-persuna tagħha.

Borg Carbott insista li fl-opinjoni tiegħu din l-aħbar ma kellha ebda valur u għalhekk ittellgħet biss għal raġunijiet ta’ clickbait likes. Qal ukoll li aħbar bħal din ma tagħmel l-ebda ġid u jista’ jkun li fil-proċess tkun għamlet il-ħsara lill-persuni kkonċernati, speċjalment minħabba li wiċċ il-persuni li kienu qed jiġġieldu ma ġiex mgħotti.

Segwi l-messaġġ sħiħ ta’ Andrew Borg Carbott hawn:

Inti taħseb li filmat bħal dawn għandhom jittellgħu fuq il-midja soċjali u fuq siti tal-aħbarijiet? Taqbel ma’ Borg Carbott?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com