“L-Artisti Tagħna Ħaqqhom Aħjar” – PN

 “L-Artisti Tagħna Ħaqqhom Aħjar” – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-miżuri mħabbra lbieraħ mill-Gvern għall-ftuħ tas-settur artistiku u tad-divertiment bl-ebda mod ma jgħinu ‘l dawk involuti f’dawn l-oqsma.

Fi stqarrija mid-deputat Karl Gouder intqal li l-miżuri ma jagħmlu ebda sens finanzjarju għall-artisti u dawk involuti fil-qasam tad-divertiment.

Hu stqarr li bl-għadd ta’ nies imlaqqma u b’kontroll sod tad-dħul fil-pajjiż seta’ nstab bilanċ fl-għadd ta’ nies li jistgħu jattendu u b’hekk waqt li titħares is-saħħa tal-poplu, l-artisti jiġu mgħejjuna jibdew iqumu fuq saqajhom bil-mod.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com