Jissielet Għal Ħajtu Wara Li Waqa’ Mill-Gallarija
Raġel qed jissielet għal ħajtu fl-isptar wara li waqa’ għoli ta’ sular mill-gallarija. Għall-ħabta ta’ 12.10am il-pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq Sant’Antnin f’Marsaskala.
Malli l-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post sabu li Sirjan ta’ 31 sena li joqgħod Marsaskala stess kien waqa’ minn għoli ta’ madwar sular minn gallarija.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn irriżulta li għandu ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ħatret inkjesta fuq il-każ.