Raġel Jaqa’ Għoli ta’ Sular F’Residenza l-Ħamrun; Jqattgħu il-Gallerija Biex Jinħareġ
Raġel weġġa’ wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xogħol f’residenza fi Triq Patri Magri, bejn il-Ħamrun u l-Marsa. L-inċident seħħ fi għall-ħabta tal-12:15pm.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku b’ambulanza fejn l-ħaddiema kellhom iqattgħu l-gallerija b’chainsaw biex tinħareġ il-persuna.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ jinsabu għaddejjin.