L-UE Tiffirma L-Ftehim Dwar Iċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

 L-UE Tiffirma L-Ftehim Dwar Iċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

L-Unjoni Ewropea ffirmat il-ftehim tal-mekkaniżmu taċ-ċertifikat tal-vaċċin. Fil-preżenza tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli u l-Prim Ministru Portugiż Antonio Costa ffirmaw dan il-ftehim.

Il-ġimgħa l-oħra l-Parlament Ewropew approva ċ-ċertifikat diġitali tal-Covid-19 għall-Unjoni Ewropea kollha. B’hekk l-istati membri tal-Unjoni Ewropea ser jirrikonoxxu dan iċ-ċertifikat bħala prova ċara ta’ vaċċinazzjoni.

Dan filwaqt li se jkun iċċertifikat wkoll li persuna riċentament kellha riżultat negattiv għall-Covid-19 jew li riċentament tkun irkuprat mill-infezzjoni. Dan iċ-ċertifikat ser jidħol fis-seħħ għal tnax-il xahar mill-1 ta’ Lulju.

Dan ser jinħareġ bla ħlas mill-awtoritajiet nazzjonali u mistenni li jkun disponibbli f’forma diġitali u stampata.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com