Il-Varjant Delta Jżid Ir-Riskju Li Tispiċċa L-Isptar

 Il-Varjant Delta Jżid Ir-Riskju Li Tispiċċa L-Isptar

Skont studju li sar, il-varjant tal-Covid-19 Delta jżid ir-riskju li wieħed jispiċċa l-isptar iżda l-protezzjoni bil-vaċċin tibqa’ b’saħħitha.

Fl-aħħar jiem ħareġ li l-varjant Delta, jiġi trasmess 40% aktar malajr minn dak li kien instab fir-Renju Unit. Il-varjant Delta hu dak il-varjant li nstab l-ewwel fl-Indja.

Fl-Iskozja studju li sar fost 5.4 miljun persuna juri li l-varjant Delta huwa l-aktar varjant popolari fil-pajjiż.

Grupp ta’ xjentisti kienu qalu li jekk dan ikun il-każ jaf jerġa’ jiżdied l-ammont ta’ nies li jiddaħħlu l-isptar għall-kura minħabba l-varjant tal-COVID-19 Delta.

Fl-Ingilterra l-ammont ta’ nies li jiġu rikoverati qed ikun wieħed stabbli u baxx u li dan kien riżultat tal-programm ta’ vaċċinazzjoni fir-Renju Unit.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com