Seraq Ammont Ta’ Għodda U ‘Tyres’ B’Valur Ta’ Eluf Ta’ Ewro

 Seraq Ammont Ta’ Għodda U ‘Tyres’ B’Valur Ta’ Eluf Ta’ Ewro

Raġel ta’ 31 sena li jgħix ix-Xagħra, Għawdex. tressaq il-qort quddiem il-Maġistrat Dr. Simone Grech wara li ġie akkużat illi nhar is-26 ta’ Jannar, 2020, fi Triq iż-Żebbuġ, l-Għasri, Għawdex, seraq ammont ta’ għodda ta’ kostruzzjoni u tyres li l-valur tagħhom jammonta għal eluf ta’ ewro.

Hu ġie akkużat ukoll li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti, fost oħrajn.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com