Iweġġa’ Serjament F’Inċident Tat-Traffiku Fil-Qawra

 Iweġġa’ Serjament F’Inċident Tat-Traffiku Fil-Qawra

Ilbieraħ għall-ħabta tas-18.30, seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 22 sena, residenti Marsaxlokk u mutur tat-tip SYM Symphony, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar. Il-każ ġara fi triq il-Merluzz fil-Qawra.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn tat l-assistenza meħtieġa.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata wkoll l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com