Tonqos It-Tama Ta’ Qbil Bejn Ir-Russja U L-Amerka Waqt Is-Summit Tal-Lum
Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden u l-President Russu Vladimir Putin mistennija jiltaqgħu llum f’summit li ser isir f’Ginevra.
Dan is-summit li huwa l-ewwel wieħed bejn iż-żewġ mexxejja ser iġib fi tmiemu l-ewwel vjaġġ ta’ Biden fl-Ewropa.
Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi mhix tajba. Hemm nuqqas ta’ qbil fuq ħafna kriterji fosthom sanzjonijiet, il-kontroll tal-armi u l-indħil tar-Russi fl-elezzjoni Presidenzjali Amerikana.
Għalkemm iċ-ċansijiet li jseħħu xi żviluppi kbar bejn iż-żewġ mexxejja huma minimi, wieħed jittama li almenu jagħmlu l-ewwel pass fuq affarijiet iżgħar.
Ritratt: Sky News