Jittantaw Xortihom Sabiex Isibu D-Djamanti!
Mijiet ta’ persuni mill-Afrika t’Isfel marru f’KwaHlathi sabiex jittantaw xortihom u jippruvaw isibu d-djamanti! Jidher li dan sar wara li nxterdet l-aħbar li persuna sabet oġġett jixbaħ lil ġojjel f’għalqa. Ħafna jaħsbu li dan huwa ‘quartz crystals’.
Jidher li dawn il-persuni m’humiex jaqtgħu qalbhom mill-fatt li dawn l-oġġetti għandhom ma ngħatawx valur u xorta waħda marru bi ħġarhom sabiex jippruvaw isibu minn dawn l-oġġetti. Uħud ukoll bdew ibiegħu dawn l-oġġetti mhux identifikati bejn 100 rand (£5.15) u 300 rand (£15.44).
Dan il-materjal jista’ jbiddel ħajjet din il-komunità, liema komunità għandha rata għolja ta’ qgħad. Jidher li ħafna minn dawn il-persuni qas għandhom xogħol u jekk isibu dawn l-oġġetti jistgħu jtejjbu l-ħajja tagħhom u tal-familjari tagħhom. Uħud jispjegaw li qatt ma raw djamant f’ħajjithom u b’hekk għandhom iċ-ċans li jaraw wieħed għall-ewwel darba. L-awtoritajiet lokali qegħdin jappellaw sabiex il-persuni jitilqgħu minn fuq il-post sabiex jagħmlu l-investigazzjonijiet u l-istudji tagħhom.
Ritratt: Reuters