Tliet Snin Ħabs Għal Sewwieq Fis-Sakra Li Qatel Żagħżugħ Li Kien Miexi Fuq Il-Bankina
Sewwieq fis-sakra li l-karozza tiegħu baqa’ tiela fuq il-bankin bankina fil-Balluta u li kien qed isuq b’veloċita ta’ 100 kilometru fis-siegħa tajjar numru ta’ persuni li kienu mexjin fejn spiċċa wkoll biex qatel wieħed minnhom, ġie kundannat tliet snin ħabs u pprojbit milli jsuq għal sentejn.
Traġikament, iż-żagħżugħ Tim Scholten ta’ 19-il sena tilef ħajtu bħala riżultat ta’ ġrieħi gravi li sofra fl-inċident, li seħħ fis-6 ta’ Lulju 2018. Michael Caruana Turner ta’ 24 sena, li huwa kowċ tal-‘fitness’ minn Birkirkara nstab ħati li b’negliġenza kkawża l-mewt ta’ Scholten, darab ħafif seba’ persuni oħra, saq b’mod imprudenti u li saq fis-sakra.
Il-Qorti qalet ukoll li l-ħajja umana mhijiex irħisa u tneħħi l-ħajja, anke jekk involontarjament, iżda bħala konsegwenza ta’ negliġenza, traskuraġni u sewqan perikoluż, għandha titqies bħala serja ħafna u l-unika piena li effettivament tissodisfa l-ġustizzja, b’mod partikolari vittma li mietet, hija l-impożizzjoni ta’ piena ta’ ħabs effettiva, qalet il-Maġistrat Gabriella Vella waqt li kkundanat lil Caruana Turner għal 3 snin ħabs u skwalifika mis-sewqan għal sentejn wara li jiskonta s-sentenza.
Huwa ġie ordnat iħallas ukoll € 3,398 fi spejjeż tal-qorti. L-Ispettur Trevor Micallef mexxa l-Prosekuzzjoni.