Fl-Ungerija Ħalltu L-Pedofelija Mad-Drittijiet Tal-Persuni LGBTIQ

 Fl-Ungerija Ħalltu L-Pedofelija Mad-Drittijiet Tal-Persuni LGBTIQ

Ilbieraħ fl-Ungerija għaddiet liġi li tipprojbixxi tagħrif u għarfien dwar l-omosesswalità fost tfal fl-iskejjel. Dan qed japplika wkoll għal reklamar fuq il-midja.

Din il-liġi ġiet ikkritikata bil-kbir minn bosta għaqdiet dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll minn partiti politiċi fl-Ungerija stess.

B’kollox, 157 deputat mill-Partit tal-Prim Ministru Victor Orbán kif ukoll mill-partit ta’ Jobbik, ivvutaw favur din il-liġi.

Saru protesti quddiem il-bini parlamentari Ungeriż fejn l-argument kien, li qed titħallat il-pedofelija mad-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.

Bosta għaqdiet qed jappellaw biex tiġi rtirata din il-liġi.

Ritratt: France 24

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com