Għalik Missier – L-Ewwel kanzunetta Bħala Kantawtriċi Minn Krista Šujak
Krista Šujak hija tfajla ta’ 13 il–sena li ilha titgħallem il-vuċi mil-eta ta’ 5 snin kif ukoll iddoqq il-pjanu.
Matul l-aħħar sentejn, bdiet tinteressa ruħha fil-kitba u l-kompożizzjoni tal-mużika. Hekk kif bdiet il- pandemija f’Malta, Krista kitbet u kkomponiet kanzunetta bl-isem ta’ ‘Hope’ li propju tirrelata mal-pandemija tal-Covid 19.
Matul l-aħħar sena, attendiet kors tal-produzzjoni u issa qiegħda tniegħdi l-ewwel kanzunetta tagħha bħala kantawtriċi bi produzzjoni tagħha stess ġewwa Šujak’s Recording Studio bl-isem ta’ ‘Għalik Missier’, bil-‘backing vocals’ jsiru minnha stess wkoll.
Din il-kanzunetta hija ddedikata b’mod speċjali lil missierijiet kollha fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier li se
jaħbat nħar il-Ħadd 20 ta’ Ġunju. Matul dawn l-aħħar xhur bejn skola u studju, Krista ħadmet fuq
iktar materjal, kemm ‘covers’ u kemm kanzunetti oriġinali li beħsiebha toħorġhom fix-xhur li ġejjin.
Tistgħussegwu lil Krista fuq il-midja soċjali bħal Facebook u Youtube kif ukoll Instagram u Sound.
cloud.
Awguri krista.