Il-Kap Tal-PN Jikteb Lill-FATF Biex Jassigurahom Li L-PN Iġib Lura R-Reputazzjoni Ta’ Malta

 Il-Kap Tal-PN Jikteb Lill-FATF Biex Jassigurahom Li L-PN Iġib Lura R-Reputazzjoni Ta’ Malta

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kiteb lill-Financial Action Task Force, l-FATF, sabiex jassigurahom li bħala Gvern alternattiv, il-Partit Nazzjonalista jġib lura r-reputazzjoni li skontu tilef pajjiżna.

L-ittra ta’ Dr Grech intbagħtet wara rapporti li l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Ġermanja ħadu pożizzjoni kontra Malta fir-rapport tal-FATF, li fi kliem il-Kap Nazzjonalista huwa inkwetanti ħafna.

F’post fuq il-media soċjali, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li Malta se tgħaddi mill-eżami tekniku tal-Moneyval li bħalissa qed jiġi diskuss fi ħdan l-FATF.

Żied jgħid li jekk dan il-proċess tekniku jitnawwar minn motivi politiċi ulterjuri, l-eżitu jkun kaxxa magħluqa u jekk jiġri ma jkunx ġust max-xogħol serju li sar u qed isir u lanqas ma jkun ġust mal-poplu Malti.

Fil-ġimgħat li għaddew, Malta għaddiet mit-test tal-Moneyval fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, fit-23 ta’ Ġunju l-FATF se tħabbar il-pożizzjoni finali dwar jekk Malta titpoġġiex fuq il-lista l-griża jew le.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com