Raġel Ta’ 30 Sena L-Isptar Wara Ħabta Fiż-Żejtun

 Raġel Ta’ 30 Sena L-Isptar Wara Ħabta Fiż-Żejtun

Raġel ta’ 30 sena u residenti Marsaxlokk, għal xi t-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Marsaxlokk, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ preliminari li sar jidher li seħħet ħabta bejn mutur Kymco, misjuq mill-vittma, u vettura Nissan, misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti ż-Żejtun. Fin-Nissan kien hemm ukoll mara ta’ 23 sena residenti l-Ħamrun.

Wara li tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com