George Muscat, Jirtira L-Kandidatura Tiegħu Mal-Partit Nazzjonalista
Il-kandidat prospettiv tal-Partit Nazzjonalista fuq is-sitt distrett, George Muscat iħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook li qiegħed jirrizenja minn membru tesserat tal-Partit Nazzjonalista u għaldaqstant jirtira l-kanditatura tiegħu għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Is-Sur Muscat jgħid li dan qiegħed jagħmlu minħabba raġunijiet personali u rringrazzja lil pubbliku tas-sapport u l-fiduċja li wera fih.
Wieħed jinnota kif kien hemm kandidati prospettivi oħra tal-Partit Nazzjonalista li jirtiraw il-kandidatura tagħhom, fosthom Tiffany Abela Wadge.
Ritratt: Facebook/ George Muscat