Iweġġa’ Gravi F’Inċident F’Ħal Kirkop
Raġel ta’ 71 sena u residenti ż-Żurrieq, għal xi l-10.45, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mitjar, Ħal Kirkop.
Minn stħarriġ preliminari li sar jidher li seħħet ħabta bejn mutur Honda, misjuq mill-vittma, u vettura Volkswagen Golf, misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti Ħal Kirkop.
Ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-isptar li ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.4