Isalva Tarbija F’Kaxxa Tal-Injam Fi Xmara
Raġel isalva tarbija ta’ 21 jum wara li sabha f’kaxxa tal-injam fi xmara Ganges fl-Indja. Gullu Chaudhary jgħid li nduna bit-tarbija hekk kif sema’ l-biki tagħha. It-tarbija kienet imgeżwra f’kaxxa ddekorata b’ritratti t’allat Hindu. It-tarbija ttieħdet l-isptar sabiex jaraw li s-saħħa tagħha tinsab f’kundizzjoni tajba.
Bħalissa qegħdin jinvestigaw kif it-tarbija spiċċat f’din ix-xmara. Minkejja li għad m’hemmx spekulazzjonijiet dwar il-mottiv li wassal sabiex it-tarbija ġiet abbandunata, wieħed jinnota li fl-Indja trabi bniet, ħafna mid-drabi huma meqjusa bħala piż finanzjarju.
Jidher li każijiet ta’ trabi bniet li jgħaddu minn abbort, jew jiġu maqtulha jew abandunati wara it-twelid mhumiex rari.
Il-Pulizija qalu li l-kaxxa kellha karta li tindika l-ħin u l-post fejn twieldet it-tarbija, kif ukoll isimha; Ganga – isem Hindi għax-xmara Ganges.
Intqal li l-Gvern se jkopri l-ispejjeż tat-tarbija u Chaudhary, ir-raġel li salva t-tarbija ngħata benefiċċji mill-Gvern, inkluż dar talli wera eżempju umanitarju.
Ritratti: Anil Kumar