34 Mara Jfittxu Legalment Lis-Sit Popolari PornHub

 34 Mara Jfittxu Legalment Lis-Sit Popolari PornHub

34 mara qegħdin ifittxu legalment lill-kumpanija li topera s-sit tal-pornografija, Pornhub, għaliex qed jallegaw sfruttament f’filmat espliċitu tagħhom li qed jintwera fuq l-istess sit. In-nisa qegħdin jgħidu li l-filmat tagħhom ittella’ fuq Pornhub mingħajr kunsens.

Waħda min-nisa saħansitra qalet kif ġiet stuprata meta kellha erbatax-il sena u l-filmat spiċċa fuq sit tal-pornografija. Fi stqarrija ta’ Pornhub, l-allegazzjonijiet ġew deskritti bħala “assurdi, bl-addoċċ u kategorikament foloz”.

L-istqarrija spjegat li Pornhub għandu tolleranza żero għal kontenut illegali u jinvestiga kull tip ta’ allegazzjoni li ssir dwar materjal fuq il-pjattaforma.

Madanakollu, diversi siti qed jirrappurtaw kif Pornhub ma jirrikjedix lill-utenti tiegħu jivverifikaw l-identità jew età ta’ dawk li jidhru fil-filmati, u lanqas il-kunsens tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com