Ajruplan Tal-British Airways Jgħoddha B’Waħda

 Ajruplan Tal-British Airways Jgħoddha B’Waħda

Ajruplan tal-linja British Airways jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif ibbilanċja għal quddiem b’mod perikoluż tant li l-parti ta’ quddiem tiegħu, messet it-tarmac fl-ajruport ta’ Heathrow.

Membru tal-Ekwipaġġ weġġa’ serjament. Dan wara li inġinier naqas milli jissettja l-‘landing gear’ kif suppost.

Tim mediku assista żewġ membri mill-crew fejn wieħed minnhom ittieħed l-isptar għal aktar attenzjoni.

Dan l-ajruplan kien qed jintuża biex iġorr merkanzija u kien qed jiġi mgħobbi għal titjira lejn Frankfurt fil-Ġermanja.

Ritratt: Daily Mail

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com