“Għaliex Tasal Tagħmel Ħsara Lil Pajjiżek?” – Il-PM Jistaqsi Lil Bernard Grech

 “Għaliex Tasal Tagħmel Ħsara Lil Pajjiżek?” – Il-PM Jistaqsi Lil Bernard Grech

F’intervista fuq ONE Radio mill-ġurnalist Samuel Lucas, il-Prim Ministru Robert Abela beda billi sellem lil missieru; il-President Emeritu George Abela fejn qal li dejjem kien fuq quddiem biex f’ħajtu jippromwovi l-valuri tal-onestà u s-sewwa.

Il-Prim Ministru Abela spjega kif l-Edukazzjoni tifforma wieħed mill-5 pilastri importanti fl-istrateġija ekonomika ta’ pajjiżna; liema pilastru jifrex fuq żewġ prinċipji; l-ewwel wieħed li jindirizza l-problema tal-‘early school leaving’ u t-tieni, li l-edukazzjoni tkun it-triq ‘il quddiem għal-‘life long learning.’ Hawnhekk, saħaq li l-edukazzjoni għandha tkun tul ħajjitna kollha u qabbilha mal-‘active labour market’ fejn tista’ tiġi, ‘active education policy’.

“Aħna nħarsu lejn l-ekonomija mhux bħala biss titjib tal-ġid, imma wkoll bħala titjib fil-kwalità tal-ħajja”, qal il-PM. Qal li minn hawn, l-edukazzjoni mbagħad terġa’ tifrex fuq 4 pilastri oħra; 1. it-titjib tal-kwalitajiet edukattivi għal dawk b’ħiliet baxxi, partikolarment għal dawk li huma f’riskju għola ta’ qagħad jew faqar, 2. id-diversifikazzjoni tal-metodi u l-opportunitajiet tat-tagħlim, 3. l-assigurazzjoni fil-kwalità tal-għotja tal-korsijiet, li jfisser li jkun fihom l-istandards meħtieġa u 4. l-appoġġ lill-adulti biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-edukazzjoni tagħhom permezz ta’ sistemi ġodda ta’ ‘guidance’.

Apparti hekk, semma kif il-Gvern investa €2.75 miljun fl-apprentistat. “Hawnhekk mhux biss qed nivestu fl-industrija, iżda qed ninvestu fin-nies u qed ninvestu fin-negozju wkoll”, spjega l-Prim Ministru Robert Abela. Għamel enfasi fuq is-settur tas-snajja bħal per eżempju s-Settur Marittimu fejn l-opportunitajiet fih huma massivi. Semma wkoll l-edukazzjoni mhux biss akkademika iżda wkoll l-edukazzjoni li titgħallimha mit-triq, anke dik li tiġi mill-esperjenza fuq il-post tax-xogħol. L-apprentistat, jimla lill-persuni bit-talent u b’riżorsi li tgħin ukoll lil min iħaddem.

Meta mistoqsi għaliex ittieħdet id-deċiżjoni tat-tnaqqis tat-taxxa tal-boll, il-PM qal, “għaliex importanti li nibqgħu ngħinu lin-nies fejn qal li jkun ‘kontro sens’ meta għandek l-ewwel sinjali ta’ rkupru fil-pajjiż u inti tiġbed lura l-assistenza li tkun qed tagħti.”

Issemmiet ukoll il-propjetà, fejn matul il-pandemija mhux biss kien hemm żieda fil-prezz tagħha, iżda sar tnaqqis ta’ 0.1%. Dan ifisser iffrankar ta’ flus għall-konsumatur fejn dak li jkun, li jkun iffranka jinvestieh f’xi ħaġa oħra.

Semma wkoll kif meta kkumparat mal-2012, illum f’pajjiżna għandna 150,000 familja li huma sidien ta’ darhom; 30,000 familja iżed mill-2012. Dan ifisser aktar minn 80% tal-popolazzjoni li huma sidien ta’ darhom li anke meta tqabbel mal-bqija tal-Ewropa, jindika kemm Malta tinsab ‘il quddiem f’dan is-settur.

Abela spjega wkoll li Malta għandha miri ambizzjużi fir-rigward tat-tnaqqis fl-emmissjonijiet. Semma kif dawn iridu jitnaqqsu mit-trasport, fejn iridu jiżdiedu vetturi li jaħdmu b’mod elettriku u t-tieni settur, huwa dak tal-kostruzzjoni.

Hawnhekk semma kif żdied l-inċentiv biex dak li jkun jaqleb il-karozza tiegħu biex tibda taħdem b’mod elettriku. Dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar, aħna għandna l-obbligu li nippreservaw l-ambjent tagħna għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna, spjega l-PM.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħa spunt ukoll biex ifaħħar il-kuraġġ tal-investituri fejn ta’ kull ġimgħa, qed nisimgħu bi ftuħ ta’ stabbilimenti ġodda u li dan juri tama, fiduċja u kuraġġ kbir. Semma kif in-negozji jgħidulu li qed jibnu fuq il-kuraġġ tal-Gvern.

Abela qal li għanda ma ħriġnhiex mill-pandemija u jifhem l-element ta’ frustrazzjoni iżda qal, li aħjar u aktar għaqli li nimxu b’dawn il-passi milli nreġġgħu lura; sogru li jibqa’ dejjem hemm. “Għalhekk, l-approċċ kawt biex tilqa’ r-realtà li qatt ma taf x’hemm jistenniek, huwa ideali u għaqli”, qal il-PM.

“Poplu li jien tant jien kburi bih.”

Rigward l-ittra li l-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech kiteb lill-FATF, il-PM qal li jinsab iddiżappuntat fejn qal, li l-aħħar paragrafu tal-ittra jfisser li hu ried, li pajjiżna jiġi ‘grey listed’ f’mument fejn pajjiżna jinsab fl-aħħar fażi tal-proċess biex pajjiżna suppost jieħu mertu tal-bidliet li għamel u wettaq. “L-agħar ħaġa li tista’ tagħmel f’mumenti bħal dawn huwa li ma tmurx b’vuċi waħda”, temm jgħid il-Prim Ministru Robert Abela fejn staqsa għaliex partit politiku jasal jagħmel ħsara lill-pajjiż?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com