Roberta Metsola Tirrifjuta Offerta Għall-Kariga Ta’ Deputat Mexxejja Tal-Partit Nazzjonalista
Il-gazzetta Times of Malta llum qed tirraporta li l-MEP Roberta Metsola rrifjutat l-offerta tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sabiex tokkupa l-kariga ta’ Deputat Mexxejja tal-Partit Nazzjonalista.
Sorsi qrib il-Partit qalu lil Times of Malta li r-riżultati diżappuntanti tal-polls qed iwasslu lil Bernard Grech sabiex jieħu deċiżjonijiet immirati biex jagħtu wiċċ ġdid lill-Partit.
B’hekk fl-aħħar jiem Bernard Grech tkellem ma’ Roberta Metsola sabiex jara l-interess tagħha f’din il-kariga, fejn permezz ta’ elezzjoni tkun qed tikkontesta għall-kariga li bħalissa jokkupa David Agius.
Roberta Metsola bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Viċi President tal-Parlament Ewropew. Qed jingħad li hija qalet li bħalissa mhux iż-żmien li jinbidlu l-uċuh, hekk kif dan jista’ jġib problemi interni fil-Partit.